Wiki Loves Monuments 2016 in Malta launch - Maltese
L-ikbar konkors fotografiku fid-dinja jasal Malta
2 ta' Settembru 2016
Wiki Loves Monuments, l-ikbar konkors fotografiku fid-dinja skond il-Guinness World Records, wasal Malta għall-ewwel darba matul dan ix-xahar ta’ Settemrbu. Din il-konkors iġib flimkien dilettanti tal-fotografija minn madwar id-dinja sabiex jieħdu ritratti mill-isbaħ tal-wirt kulturali dinji biex jitqiegħdu fuq il-Wikipedija. Il-konkors ser jsir mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Settembru. Kulħadd huwa imħeġġeġ biex jipparteċipa – kull m’għandek bżonn hija kamera u r-rieda li tieħu sehem!
Ġurija magħmula minn esperti fil-wirt kulturali, il-fotografija, u fil-Wikipedija se jkunu qed jagħżlu numru ta’ ritratti rebbieħa li se jkunu qed jingħataw premjijuet ġentilment offruti mill-Photocity tal-Belt. Ritratti rebbieħa se jkunu wkoll qed jiġu eżibiti ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru. 10 ritratti ser jiġu nnominati għall-konkors internazzjonali tal-Wiki Loves Monuments, fejn ir-rebbieħ jista jagħżel premju ta’ €1,000 fu flus kontanti jew borża ta’ studju għall-ammont ta’ €2,000 sabiex jattendi Wikimania 2017 ġewwa Montreal, l-Kanada.
Mill-bidu tal-konkors fl-2010, ħadu sehem madwar 1.5 miljun ritratt. Ritratti rebbieħa mill-edizzjoni tal-2015 jinkludu ritratt mill-ajru tal-fanal ta’ Westerheversand ġewwa l-Ġermanja, il-Mużew tal-Inconfidência ġewwa l-Brazil, u l-Moskea ta’ Vakil ġewwa l-Iran. Permezz ta’ dan il-konkors, miljuni ta’ persuni jibbenefikaw mil-kontribuzzjonijiet fotografiċi ta’ nies bħalek.
Iżjed minn 6,000 persuna minn 33 pajjiż ħadu sehem fil-konkors fl-2015. Din is-sena il-konkors ser jikber, fejn hemm 40 pajjiż minn sitt kontinenti jieħdu sehem. Apparti Malta, hemm tmien pajjiżi li qed jieħdu sehem għall-ewwel darba, fosthom in-Niġerja, l-Greċja, u Bangladesh.
Il-parteċipanti fil-konkors jistgħu jikkompetu biss b’ritratti li jkunu ħadu huma stess. Ir-ritratti iridu jittellgħu b’liċenzja ħielsa. Tista tuża l-mappa interattiva tal-Wiki Loves Monumets sabiex tesplora l-wirt kulturali madwarek. Ir-rebbieħa tal-konkors ser jitħabbru matul Diċembru 2016. Parteċipazzjoni f’din il-konkors hija bla ħlas u miftuħa għal kulħadd. Workshop introduttorju għal min jixtieq jipparteċipa se jsir nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru fis-6pm f’Imkien A ta’ Spazju Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Sabiex tkun taf iżjed dwar kif tipparteċipa żur is-sit http://www.wikimalta.org/WLM2016 jew l-ispazju ddedikat għal-Wiki Loves Monuments f’Imkien A ta’ Spazju Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta.
Wiki Loves Monuments Malta hija organizzata minn Wikimedia Community Malta, b’kollaborazzjoni ma Spazju Kreattiv, u b’ħajr lil-Photocity ta’ South Street, Valletta.
WCM hija organizzazzjoni volontarja ta’ nies attivi fil-Wikipedija li jaħdmu sabiex ikun hemm iżjed użu tal-pjattaformi tal-Wikipedija fil-komunitajiet Maltin. F’Awissu 2016, il-WCM ġiet formalment rikonoxxuta bħala Wikimedia User Group mill-Wikimedia Foundation ta’ San Francisco fl-America. Biex tkun taf iżjed dwar WCM u l-attivitajiet tal-għaqda żur is-sit http://www.wikimalta.org.